Erba' rġiel arrestati fil-Marsa | One News

Notifiki

Erba’ rġiel arrestati fil-Marsa

Ħidma mill-membri tar-Rapid Intervention Unit assistiti mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ filgħaxija wasslet għall-arrest ta’ erba’ rġiel, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn 20 u 35 sena.

L-irġiel; tnejn ta’ nazzjonalita’ Somala, wieħed mill-Erirtrea u l-ieħor Malti ġew arrestati waqt rejd li sar ġo bar fil-Marsa.

Il-persuni nstabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata raża tal-kannabis u pjanta tal-kannabis jew parti minnha. Is-sustanza kienet lesta sabiex tiġi ttraffikata.

Dwar il-każ inħattret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. A Bugeja LLD, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

Wieħed mis-Somali u l-Eritrean sejrin jitressqu l-Qorti ftit tal-ħin ieħor quddiem il-Maġistrat Dr. C Galea LLD, akkużati bil-pussess aggravat tar-raża tal-kannabis u tal-pjanta tal-kannabis. Iż-żewġ persuni l-oħra qed jinżammu taħt arrest sabiex jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend