Aktar minn tlett mitt familja li fix-xhur li għaddew investew flushom f’solar farm komunitarju fir-Rabat bdew huma wkoll igawdu mill-istess beneficcji ta’ familji li installaw il-pannelli fuq il-bjut tagħhom.
Is-solar fam li sar fuq is-saqaf tal-ġibjun tal-korporazzjoni tal-ilma fil-Fiddien li jinsab bejn ir-Rabat u l-Baħrija għandu potenzjal li jiġġenera kwazi 1 megawatt peak b’erbat elef pannella.
Waqt żjara fl-ufficcini tal-ARMS, il-Minsitru tal-Enerġija Joe Mizzi qal li din l-iskema toffri l-istess vantaġġi u l-istess rati għall-elettriku ġġenerat mill-pannelli fid-djar.
Intant minkejja li matul is-sena li għaddiet aktar minn 64,00 ruħ marru b’saqajhom fl-ufficcini tal-ARMS, ingħad li bdiet tinqata’ d-drawwa li l-konsumatur irid joqgħod ġej u sejjer l-ARMS ta’ kull ftit xhur biex iħallas il-kont tad-dawl u l-ilma.
David Magro, il-kap eżekuttiv tal-ARMS qal b’sistemi ġodda fosthom onlajn, il-kontijiet jistgħu jibdew jitħallsu f’ufficcju f’Raħal Ġdid permezz tas-sistema.
Minbarra dan, il-ħlas tal-kontijiet jista’ jsir ukoll fil-uffiċju postali tal-Malta Post sebat ijiem fil-ġimgħa.
Riċentament, daħlet ukoll is-sistema ta’ direct debit fejn jagħtu wkoll discount jekk persuna tagħżel li tagħmel użu mid-Direct Debit.
David Magro tkellem ukoll dwar żvilupp ta’ app fuq il-mobilebiex il-konsumatur jevita l-iskariġġ u jirbaħ aktar ħin minn dak li fis-snin passati kien jintilef fi stennija f’xi kju biex jitħallas kont.
Il-Ministru għall-Enerġija, Joe Mizzi qal li l-ilmenti tal-pubbliku qed jonqsu. Fisser dan bħala turija ċara li l-ħaddiema qegħdin jagħtu widen għall-ilmenti tal-pubbliku.
Fl-ewwel nofs tas-sena, l-ARMS ġabret aktar ftit anqas minn 180 miljun u pprocessat ftit anqas minn 31,000 applikazzjoni u 55,000 email.