Is-seba’ edizzjoni tal-Malta Classic 2017 ġiet uffiċjalment imħabbra hekk kif din l-edizzjoni hi skedata li ssir bejn il-5 u 8 ta’ Ottubru li ġej fl-Imdina u l-Mellieħa.
Avveniment organizzat bl-iskop li jilqa’ għexieren ta’ karozzi klassiċi għal diversi attivitajiet għal gost ta’ mijiet ta’ dilettanti u spettaturi.
Maqsumin f’dawn l’erbat ijiem se jkun hemm sensiela ta’ attivitajiet bħall hill climb fil-Mellieħa u Grand Prix u Concourd fl-Imdina. Ġie diskuss ukoll kif din is-sena se jkun hemm numru ta’ karozzi rari fosthom Ferrari, Alfa Romeo, Aston Martin u ħafna iktar.
Ta’ min jinnota li se jkun hemm ‘il fuq min sebghin karozza f’dan l-avveniment fejn ħafna minnhom kollha ġew minn barra sabiex jassiguraw spettaklu mill-aqwa. Din is-sena żdiedet ukoll il-kategorija tal-karozzi eżotiċi moderni li mistennija tigbed hafna iktar dilettanti ta’ dan l-isport.