Xogħol avvanzat fi triq ewlenija f'Birkirkara | One News

Notifiki

Xogħol avvanzat fi triq ewlenija f’Birkirkara

L-ewwel fażi tal-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Bontadini f’Birkirkara qed javvanza kif ippjanat. Dan ħabbru l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg permezz tal-paġna tal-Facebook.

Hu qal li wara li saru s-servizzi u l-pedamenti ġodda fil-jiem li għaddew, illum Transport Malta qed tagħti l-ewwel kisja tal-wiċċ ġdid ta’ din it-triq.

Borg qal li din il-ħidma viċin l-iskejjel ser tkun lesta qabel l-istudenti jerġgħu lura mill-btajjel tas-sajf.

Hu temm jgħid li l-bini mill-ġdid ta’ din it-triq huwa wieħed minn madwar 25 proġett li nbeda dan is-sajf biex jibdew isiru t-toroq b’mod aħjar, u aktar siguri għal kull min jużahom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend