Omm ressqet proċeduri quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tinsisti li l-care order li nħarġet fuq uliedha hija ħażina u invalida. Fil-qorti nnutat li l-oġġezzjonijiet li ressqet l-omm ta’ żewġt itfal, ta’ tliet snin u ħames snin diġà kienu annullati mill-Qorti tal-Maġistrati.
L-avukati difensuri argumentaw kif meta ntalab smigħ xieraq tal-każ, din it-talba kienet irrifjutata mill-Qorti tal-Maġistrat.
Kien argument li fil-care order tista tingħata biss wara li ministru jkun appuntaha rappreżentat iżda f’dan il-każ ir-rappreżentant ma kienx appuntat skont il-proċeduri.
Għalhekk argumentaw l-avukati, irid ikun hemm garanzija ta’ smigħ xieraq tal-każ. Żiedu li dan kiser dritt fundamentali tal-bniedem.