Tfal fost il-mejta wara għarar fil-Mumbai | One News

Notifiki

Tfal fost il-mejta wara għarar fil-Mumbai

Xita tal-monsoon ħalliet minn tal-inqas ħames persuni mejta, fosthom żewġt itfal, fil-Mumbai fl-Indja dan wara li ġie kkawżat għarar.

Diversi toroq spiċċaw taħt l-ilma, b’diversi titjiriet ġew ikkanċellati fejn saħansitra anke l-ferroviji twaqqfu. Dan kkawża biex eluf ta’ persuni spiċċaw l-art.

Għalkemm is-sitwazzjoni issa marret għall-aħjar, xorta mistennija li tinżel iktar xita.

Ix-xita bdiet nieżla wara li għarar ħakem il-parti t’Isfel tal-Asja, għarar li ħalla 1,200 persuna mejta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend