L-ex deputat Nazzjonalista, Antoine Borg, inqabad bħala wieħed minn dawk li qed jgħaddi t-tagħrif lil Daphne Caruana Galizia kontra Adrian Delia.
Kien żball tiegħu u anke ta’ Caruana Galizia li kixef lill-eks deputat, li baqa’ l-art fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Meta bagħat ritratt lill-blogger, jew aħjar screen shot, ta’ partitarji ta’ Delia jattakkaw lilha Antoine Borg nesa jneħħi l-parti fejn seta’ jikkummenta hu.
Xhieda li r-ritratt ittieħed bilfors mill-kompjuter jew mobile ta’ Borg u minn fuq il-profil ta’ facebook tiegħu.
Anke Caruana Galizia nesiet tneħħih u għalhekk lil Borg kixfitu ma’ kulħadd.
Ir-ritratt juri wħud mill-partitarji ta’ Delia li t-Tnejn niżlu d-Dar Ċentrali jagħtuh l-appoġġ. Nies mhux mill-ħelwin. “Iktar ħamalli heavies Daphne, jien Censu l-Iswed u Jesmond il-ħajta,” kien jgħid ir-ritratt ta’ Johann Vella li tela’ fuq facebook. Vellla kompla jikkummenta billi qal li la f’ilsienu lanqas fil-parti intima tiegħu, biex nużaw kliem iktar pulit, m’għandu ħajta.
F’ritratt ieħor b’Adrian Delia fl-isfond, Vella jikteb “Hawn aħna l-ħamalli u l-heavies Daphne… il-McKay sella għalik… Mur indifen demel kollok.”
Il-fatt li dawn ir-ritratti ntbagħtu lil Caruana Galizia minn Borg qajjem kritika kbira kontra tiegħu online.
B’nazzjonalisti jgħajruh li falla partit meta kien jaħdem id-Dar Ċentrali u li aħjar imur il-parlament iħammel imnieħru, kif kien inqabad jagħmel darba.
Jirriżulta li Borg tagħtu rasu quddiem dawn l-attakki u beda jipprova jbellagħha li kien persuna oħra li għadda r-ritratti lill-blogger tal-Partit Nazzjonalista wara li bagħtulu privatament. Temmnu?