Frank Portelli: Il-klikka warrbet lil Chris Said wara d-dibattitu | One News

Notifiki

Frank Portelli: Il-klikka warrbet lil Chris Said wara d-dibattitu

Il-kandidat għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, Frank Portelli, qal li l-klikka warrbet lil Chris Said wara d-dibattitu bejn l-erba’ kandidati għat-tmexxija l-ġimgħa li għaddiet.

Dibattitu li sar fuq Net Television. F’messaġġ fuq facebook b’ħolqa ta’ artiklu dwar id-dibattitu Frank Portelli kiteb “The Debate that made the Klikka drop Chris.”

Minkejja din id-dikjarazzjoni ta’ Portelli hemm min isostni li parti sew mill-klikka minn dejjem kienet ma’ Alex Perici Calascione li lbieraħ kellu endorsement mis-Sunday Times of Malta fejn kien deskritt mill-editur bħala l-kandidat li jista’ jqum għall-okkażjoni.

Li Chris Said mar ħażin fid-dibattitu qaluh ħafna, u l-istess intqal dwar Adrian Delia. Fil-fatt il-kummenti ġenerali kienu dwar kemm kien dibattitu fjakk bil-kandidati ftit li xejn jispraw.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend