Fil-Marsa: tlieta arrestati wara li ħebbew għall-pulizija – One News

Notifiki

Fil-Marsa: tlieta arrestati wara li ħebbew għall-pulizija

Għal ħabta tad-9:00 ta’ filgħodu żewġt irġiel u mara ta’ nisel Afrikan ġew arrestati wara li allegatament ħebbew għall-żewġ pulizija fil-Marsa.Meta kkuntatjati minn ONE NEWS il-kelliema tac-CMRU qalu li l-pulizija waqfu van sabiex jiċċekjaw il-liċenzja wara li jidher li kelhom xi suspetti.

Jidher li l-van ma kellux liċennzja mħallsa. Iżda allegatament is-sewwieq tal-van prova jsuq fuq il-pulizija. Wara li l-persuni niżlu mill-van allegatament ħebbew ukoll għal Pulizija.

Il-Pulizija tad-Distrett u l-RIU waslu fuq il-psot sabiex jassistu liż-żewġ pulizija fejn arrestaw iż-żewġt irġiel u mara li dehru xurbana.

Ritratti: TVM/ Keith Demicoli

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend