Skemi li jinħatfu – One News

Notifiki

Skemi li jinħatfu

  • Mijiet igawdu minn skemi ta’ Transport Malta
  • Fit-triq mijiet ta’ karozzi li jniġġsu inqas

Qed ikomplu  jkunu popolari skemi ta’ Transport Malta maħsuba biex fit-toroq Maltin ikollna vetturi iktar moderni u li jniġġsu inqas l-ambjent. Dawn l-iskemi tħabbru fil-baġit għal din is-senau l-poplu qed iweġeb għalihom b’ħerqa.  

Din hi skema li nħatfet fl-ewwel erba’ xhur tas-sena u għalhekk kienet estiżaReġgħet rat interess kbir dik għal karozzi magħrufa M1. F’Jannar ta’ din is-sena tħabbret skema ta’ €400,000 għal vetturi favur l-ambjent u sa April, din l-iskema kienet inħatfet kollha b’514 –il vettura mixtrijaImħeġġa minn dan is-suċċess, Transport Malta kienet estendiet l-iskema u sa issa reġa’ kien hemm rispons pożittivtant li sa issa nxtraw 435 vettura oħra biex qed toqrob lejn it-tmiem din l-estensjoni wkoll.

Dawk li applikaw għall-iskema kienu intitolati għal bejn €700 u €900 kull meta xtraw karozza li ma ġġorx iktar minn tmien passiġġieri flimkien max-xufier. L-emissjonijiet tas-CO2 ma jridux ikunu jaqbżu l-130g/km.

Skema li għalkemm in-numri tagħha huma iżgħariżda daqstant ieħor importanti, hi dik għal xiri ta’ karozzi elettriċi. Hawn l-għotjiet huma ferm ikbartant li għalkemm sa issa nxtraw 40 vetturaukoll kellha tkun estiżaBejn Jannar u Ġunju 2017 inxtraw 28 karozza taħt din l-iskema fejn individwu jew organizzazzjoni bħall-NGO jieħu bejn €5,000 u €8,000. Dan wassal biex f’Lulju l-iskema reġgħet infetħet u f’kull sejħa kien hemm ivvotati €150,000. Dan b’total ta’ €300,000.

Hemm ukoll skema b’€50,000 allokati li permezz tagħha diġà kien hemm 134 karozza li nqalbu għall-gass bl-għajnuna ta’ Transport Malta. F’dan il-każ l-għotja hi ta’ €200 u meta jintlaħqu l-250 karozza, tieqaf.

Sa issa nxtraw ukoll 50 karozza bl-iskema tal-vetturi hybrid fejn bejn Jannar u Lulju kien hemm 100,000 allokati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend