L-akbar bastiment li qatt daħal f’Malta jidħol fil-Port Ħieles – One News

Notifiki

L-akbar bastiment li qatt daħal f’Malta jidħol fil-Port Ħieles

Wieħed mill-ikbar bastimenti tal-merkanzija fid-dinja, u l-ikbar li qatt żar lil Malta, iddeċieda li jagħmel waqfa fil-Port Ħieles.

Dan il-bastiment jagħmel parti minn klabb esklussiv li fih hemm l-ikbar vapuri. Il-Munich Maersk hu kbir daqs erba’ grawnds tal-futbol u kapaċi jġorr 20,568 kontejner.

Sabiex jagħtu servizz lil dan il-bastiment, il-Malta Freeport kellhom jagħmlu użu minn erba’ krejns sabiex jiġi żgurat li l-faċilità tkun lesta biex tilqa’ bastiment ta’ dan il-kobor.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Port il-Ħieles, Alex Montebello qal li l-faċilità u l-apparat kien immodernizzat sabiex jiġi żgurat li l-Port Hieles ikun kapaċi jilqa’ bastimenti ta’ dan il-kobor mingħajr ebda problemi. Immodernizzar li sar permezz ta’ investiment ta’ €240 miljun, li sar wara li ġiet ipprivatizzata fl-2004.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend