Id-droga li m’aħniex inlaħħqu magħha – One News

Notifiki

Id-droga li m’aħniex inlaħħqu magħha

Id-droga sintetika mhux biss hija sfida enormi għall-pulizija minħabba li mhijiex uffiċjalment illegaliiżda qed tkun ta’ sfida akbar għall-uffiċjali fi ħdan iċ-ċentru tad-Detox.

Dan għaliex skont id-Direttur Kliniku fi ħdan dan iċ-ċentru, George Grech, din it-tip ta’ droga hija ferm iżjed qawwija mill-kannabis. L-effetti tagħha jistgħu jkunu varji bħall-ewforijail-vjolenza, l-aġitazzjoni, l-ansjetàil-biża’ u l-paranojja tant li litteralment dawn in-nies xi kultant iridu jintbagħtu għal kura addizzjonali sabiex jikkalmaw

Uġigħ ta’ ras oħra hija li peress li dawn it-tip ta’ sustanzi mhumiex illegali, dawn jistgħu jinxtraw minn kulħadd tant li kien hemm każijiet ta’ tfal addoloxenti ta’ 13, 14 u 15-il sena li jabbużaw minn din id-droga. Grech jgħid li “din hi l-età ta’ meta jiġu jarawnaimbagħad meta teħdilhom l-istorja jgħidulek li ilhom jabbużaw minnha sentejn u tliet sninjiġifieri hija inkwetanti.”

Dan jiġifieri li f’xi każi kien hemm tfal ta’ 10 snin li bdew jabbużaw mid-droga sintetikaIżda l-aktar każijiet komuni ta’ adolexxenti li jabbużaw mid-drogi sintetiċi huma dawk fl-età ta’ 16, 17 u 18-il sena. B’ hekk Grech jgħid li quddiemhom għandhom sfida kbira.

Din id-droga saret ferm komuni f’dawn l-aħħar snin għaliex dawk li jirrikorru għaċ-ċentru tad-Detox għall-kura żdiedu sew hekk kif din infirxet mal-gżira kollha kuntrarju għal qabel fejn kienet ikkonċentrata biss f’lokalitajiet partikolari.

Madwar l-Ewropa bħalissa hawn mal-200 tip ta’ droga sintetika iżda huma biss madwar 11 minnhom li huma skedati fil-liġi Maltija u għalhekk ikun diffiċli li l-pulizija jieħdu passi kontra minn imexxiha.

F’dan id-dawlftit tal-jiem ilu l-Assistent Kummissarju responsabbli mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga Dennis Theuma kien qal li hemm pjanijiet sabiex jinbena qafas legali biex dawn it-tip ta’ drogi jsiru illegali.

Min-naħa tiegħu d-Direttur Kliniku tad-Detox George Grech ikkonferma dawn il-pjanijiet iżda qal li biex dan isir irid ikun hemm laboratorju li fih jiġu evalwati dawn is-sustanzi li jidħlu f’pajjiżnasabiex imbagħad minn hemm ikun jista’ jiġi magħruf għandhomx jiġu skedati u eventwalment illegalizzati.

Dan minħabba li minn dawn it-tip ta’ drogi jinbtu varjetajiet ġodda minn żmien għal żmien.

Iżda skont Grech sistema aktar faċli hija dik li ddaħħlet fl-Ingilterra fejn dan il-pajjiż illegalizza kull tip ta’ sustanza ġejja minn kimika msejħa ‘synthetic cannabinoids’. Imbagħad isiru t-testijiet fuq dawn it-tip ta’ sustanzi u b’hekk Grech jgħid li “din hija l-aħjar triq li trid tittieħed.”

Ħafna mid-droga sintetika tiġi prodotta fl-Ewropa u kulma jmur dejjem qed issir komuni wkoll fuq livell Ewropew, l-aktar fl-Olanda u f’pajjiżi fin-naħa ta’ fuq u fil-lvant tal-Ewropa.

Pajjiżna jiġi infurmat minn entitajiet partikolari Ewropej meta tiġi skoperta xi sustanza ġdida u sa issa ma jidhirx li l-200 tip daħlu kollha f’pajjiżnaiżda preżentament hawn bejn ħamsa u sittaProblema oħra hija li għad m’hawnx testijiet li permezz tagħhom jiġi determinat jekk persuna tkunx abbużat minn xi tip ta’ sustanza sintetika.

Madankollu jidher li qed jiġu żviluppati xi testijietjiġifieri “ma neħodhiex bi kbira li fi ftit ġranet oħra jew ftit ġimgħat oħra jkollnaGħadni kemm kelli aħbar issailli fl-Amerka għadhom kif għamlu l-‘hair analysis’ jiġifieri tista’ minn xagħra waħda tkun taf jekk itteħditx is-synthetic, għax mhumiex bħad-drogi tradizzjonali bħall-eroina u l-kokaina li b’test wieħed tal-awrina nkunu nafuJiġifieri xi kultant dawn il-persuni jgħidulna li jkunu jafu li ħadu xi ħaġa imma aħna ma nkunux nafu u lanqas huma ma jkunu jafu x’qed jieħdu tant kemm dawn jinbidlu malajr,” temm jgħid Grech.

Żieda fl-ecstacy

Tħassib ieħor għaċ-Ċentru tad-Detox huwa kif il-pirmla ecstacy reġgħet qed tgħolli rasha f’pajjiżna.

Skont Grech kien hemm żmien f’pajjiżna fejn kien qed ikollna żewġ imwiet fis-sena minħabba din it-tip ta’ drogaiżda mbagħad kien hemm perjodu twil fejn din ma tantx baqgħet komuni dan minħabba bidla fil-liġi fejn twaqqfu jsiru ċertu tip ta’ parties.

Sustanza oħra li kulma jmur dejjem qed issir komuni hija l-flakka li tixbah ħafna l-kokaina iżda hija iżjed qawwija mill-kokaina, u l-effetti negattivi tagħha jistgħu jkunu ħafna agħar.

Huwa fatt magħruf li d-droga f’pajjiżna f’dawn l-ħar snin saret komuni ħafna iżjed minn qatt qabelFilwaqt li sa ftit tas-snin ilu konna naraw li dawk li jesperimentaw bid-droga jagħmlu hekk meta jmorru xi disco jew joħorġu ma’ sħabhom bissillum għandna realtà differenti.

F’din ir-realtà George Grech jgħid li “issa qed naraw ħafna abbuż, u għamel aċċenn għal dan l-Isqof ta’ Għawdexfejn filwaqt li fil-festi qabel kienu jabbużaw bl-alkoħol l-addolexenti illum jibdew bid-droginaraw abbużi f’ċelebrazzjonijiet bħal tiġijiet u m’ilux kelli wieħed anke waqt magħmudija li anke jienixxukjajt ruħikif ukoll fejn ikun hemm laqgħat ta’ ħafna żgħażagħ tal-futbolImma qed naraw ħafna żgħażagħ ġejjin minn sitwazzjonijiet ta’ tifrik fil-familji.”

Huwa jgħid li dawn iż-żgħażagħ jippruvaw jittrattaw id-dwejjaq u l-vojt kbir li jkollhom billi jabbużaw mid-droga u din is-sitwazzjoni tkun iżjed ikkumplikata għall-uffiċjali tad-Detox. Dan għaliex irridu jidħlu iżjed fil-fond sabiex jaraw is-sitwazzjoni tal-familja u l-uġigħ veru ta’ dawn iż-żgħażagħ għaxil-problema mhux id-droga tkun imma l-ħajja u t-trawmi li jkunu għaddew fil-ħajja fosthom il-bullying fl-iskejjel,” temm jgħid id-Direttur Kliniku tad-Detox George Grech.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend