Raġel arrestat wara sejba ta' droga f'Għawdex | One News

Notifiki

Raġel arrestat wara sejba ta’ droga f’Għawdex

Ħidma mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga tul il-lejl li għadda f’Għawdex wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 55 sena, residenti l-Imsida.

Il-raġel instab fil-pussess ta’ madwar 40 qartas b’sustanza suspettata kokaina filwaqt li pprova jarmi l-istess sustanza. Flimkien ma’ din is-sustanza instabu wkoll miżien elettroniku u affarijiet oħra li jindikaw pussess aggravat u traffikar ta’ l-imsemmija sustanzi. Huwa ġie arrestat sabiex jgħin lill-Pulizija fl-istħarriġ.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LL.D li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u l-persuna ser jitressaq il-Qorti għada, taħt arrest fil-Qorti tal-Maġistrati(Ghawdex) akkużat bil-pussess aggravat tad-droga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend