Proposta kontroversjali mill-MEA dwar il-leave tal-mard – One News

Notifiki

Proposta kontroversjali mill-MEA dwar il-leave tal-mard

Fil-jiem li għaddew, l-Assoċjazzjoni ta’ min Iħaddem ipproponiet li ma jingħatax ħlas għall-ewwel ġurnata sick leave li tittieħed u li min iħaddem ma jkunx obbligat li jħallas minimu tal-bolla f’kaz li l-ħaddiem part-time jew b’ħinijiet imnaqqsa ma jħallsux is-sehem tagħhom.

Din il-proposta ġiet attakata minn diversi Unions f’pajjiżna, bil-General Workers Union u l-Forum Unions Maltin jagħmluha ċara li ma jaqblu bl-ebda mod mal-proposta tal-Assocjazzjoni ta’ Mini Iħaddem.

Ma’ One News, is-Segretarju Ġenerali tal-Forum Unions Maltin stqarr li din il-proposta lanqas biss għandha tiġi kkunsidrata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend