“Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi bblukkani wara li kkritikajtu mingħajr ma insulentajtu għax ma flaħtx naqra tgħajjir u paroli fil-vojt min-naħa tiegħu fuq kandidat għall-Kap tal-PN.”
Hekk kitbet Ingrid Brownrigg, li kienet kandidata tal-Partit Nazzjonalista fl-2013 u li kienet għal xi żmien membru tal-Eżekuttiv, fuq il-profil tagħha ta’ Facebook fejn iddeskriviet il-kampanja għall-Kap tal-PN bħala waħda “ultra maħmuġa”.
Hi sostniet li tinsab iddisgustata, iddiżappuntata u kif ukoll imweġġgħa b’din il-kampanja. Spjegat li mhux talli farrku partit, keċċew lin-nies iżda issa anke qed iċaħħdu l-libertà tal-espressjoni.
Temmet billi qalet “Xbajt insofri fil-kwiet. ISTĦU!”