Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili fil-baħar | One News

Notifiki

Il-Korea ta’ Fuq tispara tliet missili fil-baħar

Il-Korea ta’ Fuq sparat tliet missili fil-baħar, dan skont il-militar tal-Istati Uniti.

Dawn ġew sparati fil-provinċja ta’ Gangwon fil-Korea ta’ Fuq u taru għal madwar 250km, skont uffiċjali mill-Korea t’Isfel.

Minn meta ġiet sparata missila interkontinentali x-xahar li għadda, Pyongyang bdiet thedded li se tkun qed tispira l-missili fid-direzzjoni tat-teritorju ta’ Guam.

Iżda din il-prova ma kienet ta’ ebda theddida, la għall-Istati Uniti u lanqas għal Guam.

Il-missili li jiġu sparati mill-Korea ta’ Fuq normalment ikunu bħala risposta għall-provi militari li jinvolvu lill-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend