Transport Malta qed toħroġ is-sejħa għall-offerti sabiex titwessa’ u tittejjeb l-Marsa-Ħamrun Bypass, viċin il-mini ta’ Santa Venera.
Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg permezz tal-paġna tal-Facebook tiegħu.
Hu qal li dan hu wieħed minn ħafna proġetti li qed jitwettqu biex bħala poplu niksbu toroq aħjar u aktar sikuri.
Temm billi rringrazzja lil dawk kollha impenjati f’din il-ħidma matul dan is-sajf.