Għall-ħabta tas-7.30 tal-Ġimgħa filgħaxija f’diversi lokalitajiet inħasset theżżiża li seħħet f’qiegħ il-baħar fiċ-ċentru tal-Mediterran.
Residenti minn għadd ta’ lokalitajiet li tkellmu ma’ one.com.mt, fosthom miż-Żejtun u minn Marsaxlokk qalulna li t-theżiżża kienet pjuttost qawwija. Sit li jirreġistra it-terremoti juru li t-terremot kellu qawwu ta’ 4.2 fuq l-iskala Richter.