Se jitħawlu 8,000 siġra indiġena f’diversi widien – One News

Notifiki

Se jitħawlu 8,000 siġra indiġena f’diversi widien

Se jkunu qed jitħawlu iktar minn 8,000 siġra indiġena f’numru ta’ widien madwar il-gżejjer Maltin. Dan ifisser tliet darbiet iktar mill-medja li ġew imħawla f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena.

Dan tħabbar mill-Ministru Jose Herrera f’konferenza tal-aħbarijiet fejn qal li wieħed irid joqgħod attent sabiex jitħawlu siġar kompatibbli ma’ pajjiżna.

Apparti minn hekk se jkunu qed isir proġett ta’ afforestazzjoni f’Kemmuna. Dan wara li sar studju mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Risżorsi, fejn ħareġ li hemm ħafna żoni f’Kemmuna li huma ħamrija abbandunata u għalekk hemm potenzjal ta’ afforestazzjoni.

Herrera qal li l-widien għandhom jitqiedu bħala l-pulmun tal-pajjiż fejn sfortunatament matul is-snin ma bżajniex għalihom kif sippost u li issa l-widien se jkunu qed jiġu mħarrsa.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend