Trump jaħlef li jwaqqa’ l-Gvern f’każ li neċessarju sabiex jibni l-ħajt tul il-fruntiera mal-Messiku – One News

Notifiki

Trump jaħlef li jwaqqa’ l-Gvern f’każ li neċessarju sabiex jibni l-ħajt tul il-fruntiera mal-Messiku

Donald Trump ħalef li jwaqqa’ l-Gvern jekk ikun hemm bżonn sabiex jibni l-ħajt tul il-fruntiera mal-Messiku.

Il-President Amerikan qal lil dawk li jappoġġjawh li d-demokratiċi qed ikunu ta’ ostaklu.

Huwa attakka wkoll lill-midja u akkużahom li qed iservu ta’ pjattaforma għall-gruppi tal-lemin estrem.

Qal ukoll li probabilment jispiċċa biex iwaqqaf in-NAFTA, l-ftehim ta’ negozju bejn il-Messiku u l-Kanada.

Ma naqasx ukoll milli jirreferi għall-kwistjoni mal-Korea ta’ fuq u qal li jirrispetta l-fatt li l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-Un qed jibda jirisspetta lill-Amerikani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend