Sentenza sospiża wara li għamel ħsarat fuq karozza f’Għajnsielem – One News

Notifiki

Sentenza sospiża wara li għamel ħsarat fuq karozza f’Għajnsielem

Raġel ta’ 45 sena mill-Qala Għawdex ġie kkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li għamel ħsara estensiva fuq vettura f’Għajnsielem.

Id-danni tal-ħsarat miġjuba jammuntaw għal iżjed minn elfejn u ħames mitt ewro.

Quddiem il-Maġistrat Joanne Vella, l-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu kien ordnat iħallas id-danni kkaġunati minnu fi żmien sitt xhur.

L-Ispettur Bernard Charles Spiteri mexxa l-prosekuzzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend