Raġel li abbuża minn sitt itfal jintbagħat il-ħabs | One News

Notifiki

Raġel li abbuża minn sitt itfal jintbagħat il-ħabs

Raġel ta’ 43 sena mill-Imsida, ingħata sentenza ta’ erbgħa snin u nofs priġunerija wara li ammetta li abbuża minn sitt itfal. L-ebda mill-vittmi ma jiġu mill-akkużat.

Christopher Azzopardi tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja akkużat b’parteċipazzjoni f’attivitajiet sesswali ma’ minuri, korruzzjoni ta’ minuri u użu ħażin tat-tekonoloġija ta’ kommunikazzjoni elettronika.

Azzopardi abbuża minn ta’ lanqas sitt minuri fil- Pieta’, Birzebbugia u Birkirkara, bl-iżgħar vittma tifel ta’ disgħa snin. Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

L-akuvat difensur qalet li r-raġel isofri minn problemi psikoloġiċi u huwa persuna vulnerabbli.

Il-Qorti m’aċċettatx it-talba li isem Azzopardi ma jixxandarx, u kkundanatu għall-erba’ snin u nofs ħabs filwaqt li ħarġet ordni ta’ trattament. Hija ordnat li isem Azzopardi jitniżżel fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend