L-ospitalità tal-Maltin u l-ikel | One News

Notifiki

L-ospitalità tal-Maltin u l-ikel

Fl-aħħar snin il-gżejjer Maltin komplew jirreġistraw żidiet fl-għadd ta’ turisti li jagħżulhom biex iqattgħu l-jiem ta’ mistrieħ tagħhom matul l-istaġun tas-sajf.

Turisti li tħadditna magħhom fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta sostnew li l-gżejjer Maltin joffru l-vaganza perfetta bl-aktar prezzijiet kompetittivi. Jidher li r-reklamar ta’ Malta f’pajjiżi Ewropej u l-prezzijiet ta’ titjiriet bi prezzijiet tajba għal buthom kienu fost l-aktar fatturi li ġibdu turisti lejn pajjiżna.

Meta staqsejna lil dawn it-turisti jekk il-btala tagħhom f’Malta kinetx laħqet l-asspetazzjonijiet li kellhom, ħafna kellhom kliem ta’ tifħir għall-ambjent ta’ pajjiżna, l-ikel tagħna u l-klima fost oħrajn.

Iżda mhux kollox ward u żagħar. Meta staqsejna x’dejjaqhom tul il-btala tagħhom fostna, dlonk semmewna xi ħaġa komuni li dejqithom.

Skont tbassir tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristornati l-MHRA, il-gżejjer Malin mistennija jerġgħu jesperjenzaw rekord fl-ammont ta’ turisti li jżuru lill-pajjiżna matul ix-xhur tas-sajf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend