Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal- 04:50, il-Pulizija ġew infurmati li ftit qabel kien seħħ inċident fuq vapur fl-inħawi tal-Port il-Ħieles, Birżebbuġa.
Minn stħarriġ preliminari illi sar mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li raġel ta’ 52 sena residenti l-Qrendi għal xi raġuni waqa’ waqt li kien qiegħed jamel użu minn taraġ fuq l-istess vapur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuna l-isptar Mater Dei u iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke LLD. li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.