Il-vittmi ta' Paqpaqli jitolbu kumpens | One News

Notifiki

Il-vittmi ta’ Paqpaqli jitolbu kumpens

Il-vittmi tal-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina qed ifittxu kumpens. Jirriżulta li huma għamlu dan permezz ta’ ittra legali li daħlu l-Qorti kważi sentejn wara li ġara l-każ li fih weġġgħu 23 persuna.

Minn tagħrif ippubblikat fit-Times of Malta jirriżulta li huma iktar minn tletin il-persuni li mingħandhom qed jintalab xi forma ta’ kumpens. Fost dawn il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca, anke jekk kelliem għall-vittmi qed ikun ikkwotat jgħid mill-gazzetta li kienet hu l-uniku persuna li baqgħet tieħu interess fil-vittmi.

Fl-ittra qed jingħad li l-organizzaturi huma responsabbli għall-inċident u l-organizzaturi ngħataw għaxar t’ijiem biex iħallsu. Jekk le tittieħed iktar azzjoni fost oħrajn billi jintalab li jinħarġu mandati ta’ inibizzjoni.

 Jidher li fost il-vittmi għad hemm min għaddej minn interventi mediċi, fosthom b’safar barra l-pajjiż. Dwar dan il-każ kienet saret inkjesta maġisterjali li tefgħet fuq ix-xufier tal-Porsche, Paul Bailey, l-ikbar ħtija għal dan l-inċident. Dan għax mhux xufier professjonali u rriżulta li ma kien hemm ebda ħsara mekkanika fil-karozza lussuża li Bailey ġab Malta għall-wiri bl-iskop li jgħin f’attività tal-karità li spiċċat traġedja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend