Żagħżugħ jisraq ġiżirana fi stabbiliment tad-divertiment – One News

Notifiki

Żagħżugħ jisraq ġiżirana fi stabbiliment tad-divertiment

Bruno Valeriani, taljan ta’ 20 sena tressaq il-Qorti wara li seraq ġiżirana u pendent fl-istabbiliment Numero Uno fir-Rabat.

L-akkużat deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke fuq l-akkużi ta’ serq u ksur tal-ordni pubblika.

L-ispettur Elliott Magro spjega kif Valeriani twaqqaf mill-uffiċjali ta’ sigurta wara l-inċident li seħħ fl-istabbeliment fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu fejn allegatament seraq ġiżirana u pendent minn madwar għonq raġel ieħor. Iktar tard ġie arrestat.

Iż-żagħżugħ wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Fis-seduta fil-qorti l-avukat difensur ta’ lill-vittma €600 bħala riparazzjoni għall-oġġett misruq. 

Huwa weħel 16-il xhar ħabs sospizi għall-sentejn.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend