Il-Qorti Suprema fl-Indja kontra d-divorzju istantanju | One News

Notifiki

Il-Qorti Suprema fl-Indja kontra d-divorzju istantanju

Il-parttika Musulmana li tħalli l-irġiel itemmu ż-żwieġ tagħhom unilateralment billi jirrepetu l-kelma arbija għall-“divorzju” għall-tlett darbiet ġiet dikjarata antikostituzzjonali mill-Qorti Suprema fl-Indja.

Jekk wieħed jgħid, jibgħat messaġġ jew anke fuq il-mezzi soċjali l-formula tirriżulta f’divorzju istantanju, mingħajr il-bżonn ta’ xhieda, skont l-użanza li kienet rikonoxxuta fl-Indja u numru ta’ pajjiżi oħra.

Iżda f’każ mressaq minn grupp tad-drittijiet u tan-nisa divorzjati, l-ogħla Qorti fl-Indja ċaħdet din l-użanza u ordnat li tiġi projbita għall-sitt xhur sabiex jingħata ċans lill-Gvern sabiex jiġu llegiżlati liġijiet ġodda.

Tlieta mill-Imħalfin ddiskrivew din l-użanza bħala “anti-Islamika, arbitrarja u antikostituzzjonali”.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend