Aġġornat: Salvati t-tlett aħwa – One News

Notifiki

Aġġornat: Salvati t-tlett aħwa

Il-Prim Ministru esprima s-soledarjeta’ tiegħu mal-poplu u l-Gvern Taljan wara t-terrimot f’Ischia,

Ftit tal-ħin ilu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili salvaw it-tielet tifel  ta’ 11-il sena li kien maqbud taħt it-terrapien wara t-terrimot f’Ischia. Iktar kmieni filgħodu tissalva tarbija ta’ 7 xhur.

Sfortunatament ġie identifikat katavru ta’ mara. B’hekk jitla’ għall-tnejn in-numru ta’ vittmi. Mara oħra tilfet ħajjitha  u bosta persuna oħra ndarbu kawża ta’ terremot li tard it-Tnejn filgħaxija laqat il-gżira turistika ta’ Ischia fl-Italja.

It-terremot li seħħ il-bieraħ għall-ħabta tad-9.00 p.m. kellu saħħa ta’ 4  fuq l-iskala richter.

Rapporti fil-midja Taljana qalu li mijiet ta’ nies ħarġu ‘l barra minn djarhom waqt li ċ-ċentru ta’ Ischia spiċċa bla dawl.

It-terremot wassal ukoll biex jiġġarrfu għadd ta’ binjiet fosthom il-knisja tal-Purgatorju li spiċċat ġarrbet ħsarat kbar.

L-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA qed tirrapporta li t-terremot ħalla bosta persuni midruba waqt li l-forzi tal-ordni, fosthom il-pulizija u l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jagħtu l-ewwel għajnuna lil dawk midruba.

Xhieda fuq il-post irrakkontaw il-mumenti ta’ biżgħa li għexu meta ħassew l-art titriegħed bihom. Fid-djar u l-ħwienet tagħhom bosta oġġetti spiċċaw mal-art waqt li r-residenti tal-gżira u t-turisti ħarġu jiġru ‘l barra mid-djar, il-ħwienet u r-restornati.

Malli ġie lura d-dawl, bdiet il-verifika biex tiġi stabbilità l-ħsara li saret u dan bil-biża’ li l-gżira għad tista’ terġa’ tintlaqat minn terrimot ieħor.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend