Jiġi arrestat wara li ġie identifikat mill-kameras tas-sigurtà | One News

Notifiki

Jiġi arrestat wara li ġie identifikat mill-kameras tas-sigurtà

Serb ingħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li seraq basket mimli b’affarijiet personali u mobiles minn karozza li kienet pparkjata San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ fil-11 ta’ Awwissu u r-raġel li għandu 24 sena ġie arrestat fir-residenza tiegħu ilbieraħ wara li kien identifikat minn fuq kameras CCTV.

Fl-awla tal-Qorti ħareġ kif l-affarijiet misruqa ma nstabux. L-Ispettur Prosekutur Nicholas Vella qal li l-akkużat stqarr mal-Pulizija li kien rema kollox.

L-akkużat ingħata l-assistenza legali dan hekk kif ma kellux biżejjed flus biex iħallas. L-avukat difensur qal li r-raġel kellu kondotta nadifa u li kkopera fl-investigazzjoni tal-Pulizija.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend