Jinġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lill-vittmi tal-attakk f’Barċellona – One News

Notifiki

Jinġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lill-vittmi tal-attakk f’Barċellona

Ir-Re Felipe u r-Reġina Letizia qed jattendu quddiesa speċjali li qed issir fis-Sagrada Familia f’Barċellona biex tingħata tislima lill-erbattax-il vittma li nqatlu fl-attakk f’Katalunja.

Bl-atmosfera fi toroq ta’ Barċellona tibqa’ waħda ta’ tensjoni dan hekk kif il-Pulizija għadhom għaddejjin bi tfittxija għas-sewwieq tal-vann li wettaq l-attakk f’Las Ramblas.

Bit-tensjoni toħnoq ukoll it-tislima speċjali li qed tingħata f’din il-quddiesa dan hekk kif rapport fil-midja Spanjola qalu li l-jihadisti kellhom l-intenzjoni li jwettqu attakk fuq is-Sagrada Familja bl-isplussivi. Il-Prim Ministru Mariano Rajoy jinsab ukoll preżenti, fil-fatt ittieħdu miżuri ta’ sigurtà stretti ħafna.

It-tislima se tkompli tingħata iżjed tard matul din il-ġurnata hekk kif it-tim tal-Barċellona, Barcelona FC, se jkunu qed jilgħabu l-ewwel partita tal-istaġun fejn se tkun qed issir minuta silenzju.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend