Tliet persuni, żewġ sewwieqa u passiġġier, ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li kellhom impatt bil-vettura fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:00 fin-niżla tal-Addolorata direzzjoni lejn il-Marsa meta għal xi raġuni vettura tat-tip Nissan March misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Birżebbuġa li miegħu kellu anzjan ta’ 79 sena residenti Ħal Luqa kellha impatt ma’ vettura tat-tip KIA Pride misjuqa minn anzjana ta’ 72 sena residenti ż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet l-assistenza medika hekk kif iż-żewġ vetturi talbu għall-għajnuna.
It-tliet persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei biex jirċievu l-kura neċessarja fejn is-sewwieq tan-Nissan March instab li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Il-kundizzjoni taż-żewġ persuni l-oħra għadha mhix magħrufa.