Somalu ta’ wieħed u għoxrin sena li jgħix f’San Ġwann inżamm arrestat wara li ġie akkużat li seraq ġiżirana m’għand Russu f’nofs ta’ lejl.
Shaban Adan Jama ġie mixli li kien vjolenti hu u jisraq f’San Ġiljan.
Huwa qed jiċħad l-akkużi u sostna li ma kienx hu li seraq il-ġiżirana iżda ra xi nies jiġru, wara li din insterqet.
Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni rrimarkat li s-Somalu ta l-ġiżirana lil ħaddieħor wara li seraqha hu.