Sejħet is-Siġar. Inizjattiva li tnediet proprju llum bl-għan prinċipali jkun dik li titqajjem kuxjenza fost it-tfal dwar l-importanza tas-siġar.
Preżenti waqt it-tnedija għal dan il-proġett kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, Silvio Parnis, spjega kif din hi inizjattiva li se tkun qed teduka lill-pubbliku, b’mod partikolari lit-tfal, dwar il-ħarsien u l-konservazzjoni tal-ambjent.
Parnis qal li dan il-proġett se jkun qed iseħħ bil-kollaborazzjoni tal-kumpanija privata Norex Malta Ltd u l-għaqda ‘Flimkien għal Ambjent aħjar’. Dan hekk kif l-għan hu li jiġu indirizzati t-tfal ta’ bejn l-etajiet ta’ tmienja u għaxar snin.
Fl-istess tnedija ntqal ukoll kif kull tifel u tifla li se jkunu qed jipparteċipaw f’din il-kampanja se jkunu qed jingħataw siġra żgħira u kif ukoll ktejjeb miktub minn Trevor Zahra.