Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq mutur fix-Xewkija – One News

Notifiki

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq mutur fix-Xewkija

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu fix-Xewkija, Għawdex.

 L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:15 ta’ filgħaxija fi Triq Tal-Ħamrija, ix-Xewkija, Għawdex. 

Għaldaqstant, il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel ta’ 62 sena residenti x-Xagħra tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Honda u waqa’ mal-art. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. 

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LL.D li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend