Vapur tal-organizazzjoni mhux governattiva, Save the Children, sorġa l-Marsa f’mument fejn il-ħaddiema tal-organizazzjoni qed jevalwaw bis-serjetà ir-riskji li hemm fil-baħar Mediterran.
Dan b’mod partikolari wara li l-Libja estendiet iż-żona ta’ salvataġġ tagħha. Gemma Parkin, uffiċjal tal-organizazzjoni, tkellmet magħhna dwar kif fl-aħħar sigħat il-ħidma tagħhom b’rabta mas-salvazzjoni tal-immigranti saret iktar diffiċli.