Iċ-ċurkett tant imfittex jinstab wara li kibret karrotta fih – One News

Notifiki

Iċ-ċurkett tant imfittex jinstab wara li kibret karrotta fih

Tilfett iċ-ċurkett tal-għerusija tlettax-il sena ilu waqt li kienet qed tħawwel il-pjanti, kien għalhekk li minkejja li provat qatgħet qalbha li xi darba għad terġa’ ssibu. Iżda min kellu jgħidilha lil Mary Grams, Kanadiża ta’ 84 sena, li ċ-ċurkett kienet se terġa’ ssibu.

Kienet il-mara ta’ binha li meta marret tieħu xi ħaxix mill-ġnien sabet iċ-ċurkett imwaħħal f’nofs karrotta. Dan hekk kif kibret madwar iċ-ċurkett.

Meta kienet qatgħet qalbha li dan iċ-ċurkett xi darba se terġa’ tilbsu, Mary Grams kienet marret tixtri ieħor li kien ferm iżgħar minn dak oriġinali. Kienet għamlet dan biex ma jintebaħx, ir-raġel tagħha, li miet ħames snin ilu. Kien meta bdiet taħsel il-karrotti biex issajjarhom li t-tfajla ta’ binha ntebħet biċ-ċurkett.

Din kienet sorpriża liema bħalha għall-mara li reġgħet għexet il-mument ta’ meta r-raġel tagħha libbisha ċ-ċurkett għall-ewwel darba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend