Tieqaf ħesrem it-tfittxija għall-Franċiż wara s-sejba tal-katavru | One News

Notifiki

Tieqaf ħesrem it-tfittxija għall-Franċiż wara s-sejba tal-katavru

Sorsi fil-Forzi Armati ta’ Malta qalu lil one.com.mt li t-tfittxija għaż-żagħżugħ Franċiż li ġie rrappurtat nieqes, waqfet.

Din tista’ tkun indikazzjoni li l-katavru ta’ raġel li nstab fil-baħar ta’ San Ġiljan huwa tal-Franċiż iżda l-Pulizija għadha mhux f’pożizzjoni li tikkonferma l-identità tar-raġel.

Kmieni s-Sibt filgħodu l-Franċiż ta’ 19-il sena qabeż minn fuq dgħajsa tad-divertiment f’Tas-Sliema.

Il-katavru tar-raġel nstab mil ‘il bogħod mill-art fl-inħawi ta Portomaso.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Josette Demicoli.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend