Simon Busuttil iwieġeb lil Mario Galea: “Se nżomm is-siġġu” – One News

Notifiki

Simon Busuttil iwieġeb lil Mario Galea: “Se nżomm is-siġġu”

Il-Kap caretaker tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, wieġeb lid-deputat Mario Galea li qallu biex jirriżenja ladarba jinħatar kap ġdid. Ir-risposta ta’ Busuttil kienet ċara u tonda. Se jżomm is-siġġu Parlamentari.

“Diġà weġibt li se nibqa’ membru Parlamentari,” qal Simon Busuttil li wara laqgħa mal-Awditur Ġenerali reġa’ tenna l-kritika lejn il-Gvern li għamel qabel l-elezzjoni ġenerali.

Simon Busuttil kien mistoqsi wkoll dwar il-fatt li qed jibqa’ għaddej bil-kampanji fil-Qorti jitlob l-inkjesti u l-ġurnalisti nnotaw kif kontestanti għall-kap jaf għandhom ħsibijiet differenti.
Busuttil kien ċar: “Dik hi d-direzzjoni tiegħi. Jgħid x’jgħid kwalunkwe kandidat għat-tmexxija.”
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend