Jinqabad ġej Malta bi 18-il kilo droga – One News

Jinqabad ġej Malta bi 18-il kilo droga

Ingliż li jgħix Malta nqabad fuq il-katamaran li ġie Malta minn Sqallija bi 18-il kilo ta’ droga kokaina u eroina. Din id-droga kienet fil-vettura tar-raġel ta’ 54 sena u  kienet maqsuma f’sitt kilo kokaina u 12- il kilo eroina. 

Fl-operazzjoni kienu involuti membri tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti minn membri tas-sezzjoni tal-klieb.

Il-Maġistrat tal-Għassa Grazio Mercieca ġie infurmat bil-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend