Bdil fil-ħinijiet tal-Parlament | One News

Notifiki

Bdil fil-ħinijiet tal-Parlament

Il-grupp Parlamentari Laburista qabel li jkun hemm bidla fil-ħin li fih jiltaqa’ l-Parlament.

Fil-fatt qed ikun propost li l-parlament jibda jiltaqa’ bejn l-erba u s-seba’ u nofs ta’ filgħaxija minflok bejn is-sitta u d-disa’ u nofs.

Din hija waħda mill-bidliet proposti fil-mod kif jaħdem il-parlament b’mod li jgħamel iktar sens għad-dinja tal-lum, anke biex jinħoloq bilanċ għal dawk li għandhom familja. Peró, jgħid il-whip tal-grupp parlamentari laburista, Byron Camilleri, hemm iktar minn hekk.

Il-bidla tagħmel sens għal kull min imiss mal-ħidma parlamentari. 

Okkkażjonijiet straordinarji mbagħad għandhom iżommu ħinijiet li drajna bihom sal-lum il-ġurnata, anke biex il-pubbliku jsegwi b’mod tajjeb.

Filwaqt li issa jkun mistenni li l-Partit Nazzjonalista jgħid tiegħu dwar dak propost, f’din il-leġislatura din mhux ser tkun l-unika bidla fil-mod li bih jiffunzjona l-Parlament.

B’hekk wara li ngħata l-awtonomija fl-aħħar leġiżlatura, il-Parlament jibqa’ jaġġorna kif jixraq għal istituzzjoni li hi fost l-iktar importanti fil-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend