Tifla titlef ħajjitha wara li karozza saqet għal fuq in-nies f’ristorant f’Pariġi – One News

Notifiki

Tifla titlef ħajjitha wara li karozza saqet għal fuq in-nies f’ristorant f’Pariġi

Tifla ta’ 8 snin tilfet ħajjitha filwaqt li madwar ħames persuni ndarbu wara li karozza saqet għal fuq persuni li kienu jinsabu f’ristorant tal-pizza f’Pariġi.

Uffiċjali li kienu fuq il-post sostnew li s-sewwieq ġie arrestat ftit wara li seħħ il-każ dal-lejl fil-villaġġ ta’ Sept-Sorts.

Intqal kif is-sewwieq x’aktarx wettaq dan l-att bi ħsieb, iżda m’hemm l-ebda suspetti li dan hu attakk terroristiku.

Il-Pulizija ta’ Franza sostnew li r-raġel mhuwiex mentalment stabbli u li kellu kondotta nadifa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend