Mhux se jinstemgħu iktar il-qniepen tal-Big Ben – One News

Notifiki

Mhux se jinstemgħu iktar il-qniepen tal-Big Ben

Għall-erba’ snin li ġejjin ħoss simboliku f’Londra mhux se jibqa jinstema’. Dan hekk kif id-daqq tal-qniepen se jieqfu mill-ġimgħa d-dieħla sal-elfejn u wieħed u għoxrin biex ikunu jistgħu isiru xogħolijiet ta’ tiswija essenzjali. L-aħħar li ndaqqu kienu t-Tnejn f’nofsinhar, u l-qniepen ġew skonnettjati biex l-arloġġ u t-torri jkunu jistgħu jiġu restawrati.

Il-Great Bell, kif inhi magħrufa, indaqqet kull siegħa għal mija sebgħa u ħamsin sena.

Awtoritajiet Parlamentari qalu li t-twaqqif tal-Big Ben, kif inhu magħruf l-aktar it-Torri Elizabeth tal-Palazz ta’ Westminster, se jipproteġi lill-ħaddiema li se jkunu qed jaħdmu fuqu.

L-unika drabi li l-qniepen se jindaqqu huwa biss waqt avvenimenti importanti, bħal Bidu tas-Sena l-Ġdida u Remembrance Sunday.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend