Jitkellem wara li ra inċident iseħħ quddiem għajnejh | One News

Notifiki

Jitkellem wara li ra inċident iseħħ quddiem għajnejh

Persuna li għenet lil sewwieq involut fl-aċċident fil-Bypass tal-Imrieħel għamel appell fuq facebook biex isir jaf kif baqa’ wara li ttieħed l-isptar. Tkellimna miegħu.  Barra li fortunatament is-sewwieq issa qiegħed f’kundizzjoni tajba, l-persuna li tefa’ l-post kellu appell importanti li għamel lill-pubbliku. 

“Sfortunatament dan ir-ritratt għandi biex forsi nsib min int.”

Hekk kiteb Kris Aquilina fuq Facebook. Aquilina li s-SIbt ra incident iseħħ quddiem għajnejh, fejn karozza tat-tip Honda Accord baqgħet dieħla ġo siġra fil-bypass tal-Imrieħel.

Fil-post huwa kiteb li wara li hu u t-tfajla tiegħu waqfu biex jgħinu lis-sewwieq issa jridu jkunu jafu kif baqa’.

Tkellimna ma’ Kris Aquilina u t-tfajla tiegħu Brenda fuq dak li raw huma u għaddejjin mill-bypass tal-Imrieħel. 

Aquilina saħaq li ma tistax tara inċident bħal dak quddiem għajnejk u ma tiqafx tgħin. 

Fuq il-kitba tiegħu fuq Facebook kien hemm bosta li ġġudikaw lill-persuna involut. Fosthom kien hemm min saħansitra qal li l-inċident sar għax raqad fuq l-isteering.  Dan għalkemm Kris saħaq li kiteb fuq Facebook l-iktar biex in-nies ma jkomplux jiġġudikaw.  Dan hekk kif is-sewwieq intilef minn sensih u ma kellu l-ebda tort.  Aquilina kompla jgħid li qas li kieku kien tort tiegħu ħadd m’għandu jiġġudika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend