Jispikkaw kif inhuma | One News

Notifiki

Jispikkaw kif inhuma

• 100 mara f’esibizzjoni b’messaġġ b’saħħtu

Jesponi l-vulnerabilità filwaqt li juri s-saħħa tan-nisa. Dan huwadak li għamel il-fotografu Steven Levi Vella, direttur ukoll tal-esibizzjoni magħruf għall-fotografija monokroma. Mal-gazzetta Kulħadd spjega l-ħsieb wara l-installazzjoni Artemisia: 100 Remarkable Women came to life. 

“L-esibizzjoni kellha turi l-oriġinalitàĦadt l-idea tar-rummiena, li fiha jkollha mijiet ta’ żerriegħa u li fil-mitoloġija kienet assoċjata mal-alla Griega Prosperina,” qalilna Levi Vella. Iżdax’messaġġ ried iwassal il-fotografuGħalih din kienet l-ewwel esibizzjoni ta’ din ix-xortaSpjegalna kif diġà kien ħadem fuq proġett li jwassal is-sbuħija tal-maraIżda l-proġett Artemisia huwa revoluzzjonarju għaliex juri l-awtentiċità, is-sbuħija naturali mingħajr kożmetiċi. “Jekk mara jkollha tebgħaċikatriċikollox se jkun espost fir-ritratt. Il-parteċipanti juru s-sbuħija vera tal-mara, d-dgħufijietil-biża’, iżda wkoll is-saħħau l-qawwa tagħhaHuwa dan li amel l-esibizzjoni suċċess u li attira l-attenzjoni.” Intużaw ħafna l-kuntrasti. Id-dawl u d-dlamli finalment jirrappreżentaw il-mixja li l-mara fadlilha tagħmel sabiex verament tikseb l-ugwaljanza.

Ridna xi ħaġa ħajja u għalhekk l-esibizzjoni bdiet titwaħħamill-parteċipanti stess dak il-ħin.” L-esibizzjoni ħadet il-forma ta’ kaxxa li minnha joħorġu r-ritratti ta’ 100 mararapreżentazzjoni wkoll tal-ġuf tal-mara li jagħti l-ħajjaĦa ħsieb li anke l-irġiel li kienu mistiedna għall-ftuħ ikunu parti minn esperjenza ġdida, li huma wkoll iħossuhom parti mill-mixja ta’ avvanzz li qed tagħmel il-mara u li anke jkunu parteċipi minnha. L-ugwaljanza bejn il-mara u r-raġel ma tista’ qatt issir jekk mhux bis-saħħa tat-tnejn li humaTkun bħal għajta kontra r-riħli kieku l-inizjattivi sabiex il-mara ssaħħaħ id-drittijiet tagħhama jkunux akkumpanjati mill-appoġġ favur l-ugwaljanza tal-irġiel.

Meraviljat bl-ammont ta’ nisa li ħadu sehem, Levi Vella ma kienx qed jistenna parteċipazzjoni daqshekk qawwijaInfattioriġinarjament kien qed jaħseb li jieħdu sehem biss 20 mara! “Spiċċajna għamilna sitt ijiem sħaħ niġbdu ritratt wara ieħorSodisfazzjon kbir li tara daqstant jikkonkorru”.

Samantha Pace Gasanfundatriċi u koordinatur strateġiku tan-Network of Young Women Leaders qaltilna li “din l-inizjattiva kienet maħsubha bħala kampanija soċjali fejn jippreżentaw lill-mara f’kuntest ta’ tmexxijaKienet ippjanata sabiex tkun waħda mill-ewwel inizjattivi tagħna.” L-organizazzjoni ilha mwaqqfa biss ħames xhur iżda diġà kisbet popolarità kbiraAkkwistat l-appoġġ ta’ diversi nisa fil-politikakif ukoll is-simpatija tal-President.

Għalkemm saru avvanzi kbar, l-inugwaljanza tal-ġeneru tibqa’ taffettwa l-ħajja soċjalipolitika u ekonomika. In-nisa huma mħallsa inqasmhumiex rappreżentati sewwa kemm fil-poltikakif ukoll fil-midja u ħafna drabi jiddependu finanzjarjament fuql-irġiel. Dan  iħalli impatt fuq il-produzzjoni ekonomika tal-gżejjer Maltin. Jekk jirnexxilna nagħmlu użu aħjar mill-ħiliet tan-nisail-benefiċċji soċjali u ekonomiċi jkunu ħafna.

In-Network of Young Women Leaders stqarret kif ir-riċerka turili n-nuqqas ta’ nisa li jkunu ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn huwostaklu għall-iżvilupp ta’ nisa ambizzjużi u li jirnexxuGħalhekk, l-esibizzjoni toffri alternativa kif ukoll mudelli tal-ħajja għal diversi tfajliet oħraRiedu jwasslu l-istejjer ta’ dawn in-nisa mill-oqsmasetturi u karrieri differenti sabiex juru l-modi differenti kif n-nisa jistgħu jiksbu suċċessbil-perseveranza u d-determinazzjonikontra l-problemi u l-esperjenzi li n-nisa jaffaċċjaw ta’ kuljum.

Maria Formosa, magħrufa għall-ħidma tagħha fl-ALS Malta meta ġiet mitluba tieħu sehemħasset li ma kellhiex tirrifjuta. “L-idea li tagħti kuraġġ lil nisa oħra bil-messaġġ ta’ kull waħda minna hija xi ħaġa sabiħaKienet l-ewwel darba li ħadt sehemf’xi ħaġa similiPerò l-esperjenza kienet waħda interessanti. Proġett sabiħ u innovattiv bi ħsieb importanti li kellu l-għan priniċpali li jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-mara fis-socjetà.”

Fost il-parteċipanti rinomati nsibu lil Ira Losco, Michelle Muscat, Helena Dalli, Miriam Dalli, Veronique Dalli, Ramona Frendo, Julia Farrugia Portelli.

Mistoqsi kienx hemm xi ritratt partikolari għall-qalbu Levi Vella qalilna li kull ritratt għandu l-istorja tiegħu xi jwassal. “L-għajnejn juru l-verità u l-esperjenzi li dik il-persuna għaddiet minnhomĦafna min-nisa li pparteċipaw huma famużi kemm fil-politikakemm fuq it-televizjoniartisti u kantantiForsi mdorrijin narawhom b’mod jew taħt lenti differenti.” Jibqa’ għal qalbu r-ritratt tal-President ta’ Malta, Marie-Louise ColeiroPreca, li għal dan il-proġett kienet biss Marie-Louise, mara.

L-esibizzjoni hija miftuħa għall-pubbliku mit-Tlieta 8 ta’ Awwissu sal-Ħadd 13 ta’ Awwissu, mill-10:00 sal-16:00, fis-Sala Antoine De Paul, fil-Palazz ta’ San Anton.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend