Ħajta li ma nqatgħetx – One News

Notifiki

Ħajta li ma nqatgħetx

• Mit-tè tas-serħan il-moħħ għal xampanja ta’ ċelebrazzjoni

• 125 kumpanija tal-gaming jistennew il-liċenzja Hemm għexieren ta’ kumpaniji fis-settur tal-gaming jistennew li l-ġurisdizzjoni

Malta tagħtihom permess biex joperaw f’pajjiżna. Biex dawn qed iġibu fix-xejn id-diskors ta’ qabel l-elezzjoni mill-oppożizzjoni u dawk fl-establishment li jappoġġjawh. F’intervista ma’ Joe Borg, il-qassis tar-Radju tal-Knisja qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kien qal li s-servizzi finanzjarji u tal-gaming f’pajjiżna kienu qegħdin fuq ħajta. Ħajta li skont hu setgħet tinqata’ li kieku reġa’ tela’ fil-gvern Joseph Muscat. Saħansitra f’dibattitu ma’ Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qal li kellu SMS ta’ kumpanija li kienet lesta titlaq minn Malta li kieku Joseph Msucat reġa’ nħatar Prim Ministru.

Dakinhar Joseph Muscat kien wieġbu f’mass meeting u qallu li jekk isir Prim Ministru jmur jieħu te għand dik il-kumpanija, li sa dak iż-żmien ma semmitex b’isimha, biex juri li dak li qal Simon Busuttil ma kien minnu xejn. Iżda, għall-Prim Ministru w uffiċjali oħra tal-gvern te wieħed ma kienx biżżejjed. Għax żjarat kellhom jagħmlu diversi fejn minflok il-ħajta li semma’ Simon Busuttil inqatgħet iż-żigarella tal-inawgurazzjoni, l-investiment u x-xogħol ġdid. Kien fis-sitt ta’ Ġunju li ġimgħat Malta kompliet issib postha bħala d-destinazzjoni Ewropea naturali għal dawn il-kumpaniji.

Fi kliem ic-Chairman tal-Malta Gaming Authority Joseph Cuschieri dan jawgura tajjeb ħafna għall-pajjiżna, hekk kif qed inkomplu mixjin fit-tris għall-iktar suċċess. “Il-fatt li operaturi ta’ ċertu livell bħall-Stars Group u GIG qed ikabbru l-operat tagħhom f’Malta juri li hawn fiduċja fil-ġurisdizzjoni Maltija. Fil-fatt, qed naraw ħafna interess f’Malta minn kumpanijji kbar fis-settur tal-gaming biex jinvestu f’Malta fix-xhur li ġejjin. Ta’ min wieħed jgħid li numru kbir ta’ operaturi li joperaw minn Malta qegħdin iżidu l-attivita’ tagħhom ġewwa pajjiżna. Dan juri li l-fiducja li għandhom f’Malta u l-politika tal-Gvern għal dan is-settur.” Cuschieri fisser kif bħalissa f’pajjiżna għaddejjin minn perjodu bla preċedent fejn qed jiġu pproċessati madwar 125 applikazzjoni ta’ kumpaniji tal-Igaming sabiex ikunu jistgħu jibdew l-operat tagħhom f’pajjiżna.

Għal diversi ġimgħat wara xulxin irrapportajna investiment wara l-ieħor ta’ kumpaniji fis-settur tal-Gaming li esprimew interess jew inawguraw kwartieri f’Malta. Bl-iktar riċenti Betting Gods, kumpanija oħra li ftaħret li issa tinsab fost l-aqwa kumpaniji tas-settur. Kellu kliem ta’ tifħir ukoll il-Kap Eżekuttiv ta’ Gaming Innovation Group, Robin Eirik Reed, li spjega li f’Malta ra kommunita’ b’saħħitha, il-qalb tal-industrija tal-Igaming, u kif pajjiżna qed ikompli jikber u jiżviluppa bħala hub teknoloġiku. Fil-ftuħ tal-uffiċini ġodda ta’ The Stars Group, il-Prim Ministru spjega kif “Malta saret destinazzjoni globali għall-investiment ta’ kumpaniji tal-gaming dan għaliex pajjizna joffri ambjent ideali biex kumpaniji bħal dawn ikomplu jagħmlu aktar suċċess.” Rafi Ashkenazi, Kap Eżekuttiv tal-istess kumpanija, tkellemd war kif “l-esperjenza hi waħda pożittiva. Ilna nikbru għal dawn l-aħħar ħames snin, bdejna b’numru li tgħoddu fuq id waħda u llum qegħdin madwar 300. Dan juri biċ-ċar tal-esperjenza pożittiva li għandna hawn għax kieku ma konniex nikbru daqstant.”

Qal li reġgħu investew f’Malta għax hija waħda mill-ikbar hubs Ewropej u jinsabu kuntenti ferm bil-preżenza f’Malta. Bl-inċertezza li nħolqot minħabba Brexit, kumpanniji bħal dawk ibbażati f’Ġibilta’ qed jikkunsidraw lill-Malta bħala ġurisdizzjoni alternattiva. Iżda hemm fatturi oħra li qed jattiraw lil dawn il-kumpaniji f’pajjiżna. Skont Joseph Cuschieri l-iktar importanti huma; “ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta fl-industrija tal-gaming, il-vizjoni tal-Gvern u l-Awtorita’ (l-MGA) għas-settur u l-ambjent ekonomiku li huwa “business friendly” għas-settur tal-Gaming.” “Apparti min hekk, l-Awtorita’ li jien immexxi hija trasparenti u effikaċi fil-mod kif topera’ u għalhekk toħloq ambjent ta’ fiduċja u serħan tal-moħħ għall-kumpaniji li jopperaw minn Malta għax magħna jafu eżatt fejn qegħdin,” kompla Cuschieri.

Skont l-aħħar figuri tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), sal-aħħar ta’ Marzu 2017, is-settur ħalla madwar €1.3biljun fl-ekonomija, jiġifieri 13% tal-valur miżjud kollu tal-ekonomija Maltija. Jirriżulta Kemm ilu fil-Gvern il-Partit Laburista, is-settur tal-Gaming tela’ fuq livell ieħor u kiber b’rata ħafna iżjed mgħaġġla mis-snin ta’ qabel. Biżżejjed wieħed jgħid illi bejn l-2013 u l-2016, il-valur ekonomiku tas-settur telgħa minn €550 miljun għall-€1.1biljun. Fl-2017 huwa mistenni li s-settur jikber b’madwar 12%. L-online casinos u sports betting huma l-iktar setturi li qed jikbru pero’ hemm is-settur tal-B2B (dak li jissejjaħ “business to business”). Dawn tal-aħħar huma kumpaniji li joffru servizzi teknoloġiċi lill-kumpaniji oħrajn tal-gaming li joffru is-servizz direttament lill-konsumaturi. “F’dan is-settur qed naraw tkabbir sostanzjali u naħseb li se jkun attivita’ prinċipali fis-snin li ġejjin” qal Cuschieri.

L-investiment fl-innovazzjoni u t-teknoloġija huwa ta’ importanza kritika f’settur daqshekk dinamiku u kompetittiv. L-istess jista’ jingħad għar-riżorsi umani u l-iżvilupp tal-ħiliet neċessarji. Is-salarji fis-settur tal-online gaming huma madwar 30% ogħla mill-medja tas-salarji f’Malta f’setturi oħra. Apparti minn hekk, ħafna mill-operaturi tal-online gaming joffru kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti ħafna u ambjent tax-xogħol innovattiv u kreattiv. Għalkemm hemm numru ta’ Maltin li qed jaħdmu fis-settur, in-nuqqas ta’ riżorsi Maltin jinħass ħafna. Cuschieri nnotat kif “hawn nuqqas ta’ ħiliet partikolarment fis-settur tat-teknologija li qed iwassal biex iżjed barranin jiġu jaħdmu ġewwa Malta. M’hemm xejn ħażin f’dan kollu. Anzi, dan il-fattur qiegħed joħloq ġid ekonomiku li jgawdi minnu kulħadd.” Iżda x’inhu l-pass li jmiss? Se nieqfu hawn. Cuschieri jgħid li żgur li le: “Irridu nimplimentaw ir-riforma li ħabbarna ftit tal-ġimgħat ilu u nkomplu naħdmu biex niżviluppaw lill-Malta bħala is-“Silicon Valley” tal-gaming fid-dinja,” sostna Cuschieri.

Fisser kif “uwa importanti ħafna li Malta tkun aġli u innovattiva fil-politika tagħha dwar l-industrija tal-gaming sabiex dejjem tibqa’ fuq quddiem. Irridu nahsbu fit -ul u nifformulaw politika li tiżgura is-sostenibilita’. Jekk nibqhu innovattivi, professjonali u effikaċi, Malta ħa jkollha futur sabiħ f’dan is-settur.” Għalhekk il-White Paper ippublikata mill-Awtorita’ tipproponi bidliet kbar fil-qafas legali tal-Gaming. L-idea hi li tiġi mfassla liġi waħda koerenti miġbura f’kapitolu apposta li jkun ukoll jirregola liġijiet sussidjarji li joħorġu minnu. B’hekk din il-liġi tkun tkopri suġġetti li jeħtieġu regularizazzjoni. Dawn il-bidliet jintroduċu proċessi ġodda u iktar effettivi għall-ġustizzja kriminali u amministrattiva, l-possibilita’ t’appell mid-deċiżjonijiet tal-Awtorita’ lit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u distinzjoni bejn offiżi kriminali u dawk amministrattivi. Fost il-proposti tal-Awtorita’ insibu ukoll l-eżenzjoni mit-taxxa tal-logħob liċenzji B2B, li jissaħħu l-poteri tal-Awtorita’ kif ukoll miżuri sabbie jiġi supervizjonat aħjar l-sports betting.

U bħal gaming hemm is-servizzi finanzjarji li wkoll huma b’saħħtihom. Semmejna f’parti oħra tal-gazzetta llum ir-rapport ta’ Fitch imma bħalu hemm ċerifikati oħra. Fosthom l-aħbar li tajna ftit ilu li Malta ġibdet l-attenzjoni tad-dinja tas-servizzi tal-assigurazzjoni internazzjonali hekk kif wieħed mill-underwriters ewlenin Amerikani ħabbar li kien se japplika għal-liċenzja f’pajjiżna biex jipprovdi servizzi fl-Unjoni Ewropea. Starr Companies hija waħda mill-entitajiet Amerikani l-aktar magħrufa f’dan il-qasam, u sa issa kienet tuża kumpanija f’Londra għal dan il-għan. Starr bdew ifittxu post ieħor minn fejn joperaw fis-sajf tas-sena li għaddiet. Jirriżulta li fattur kruċjali li wassal lil Starr jieħdu din id-deċiżjoni kienet laqgħa li kellhom mall-Prim Ministru, Joseph Muscat f’Novembru li għadda.

Starr Companies huma meqjusa fost il-kumpaniji fdati minn Gvern Amerikan wara l-ieħor biex jieħdu ħsieb assigurazzjoni ta’ assi tal-pajjiż. Starr Companies hija grupp ta’ kumpaniji multi-billjunarjarji bil-kwartieri ġenerali tagħhajinsabu fi New York. Madanakollu għandha rappeżentanza f’ħames kontinenti. Fil-fatt l-istem Starr Companies huwa isem wieħed għas-servizzi differenti. Topera fil-qasam tal-assigurazzjoni f’setturi differenti minn avjazzjoni sa kostruzzjoni u anke enerġija, toffri assistenza fejn għandu x’jaqsam vjaġġar u tagħti għajnuna meta wieħed ikun se jinvesti. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Starr Companies, Steve Blakey, responsabbli mill-operat ta’ Star Companies kien ikkwotat jgħid li l-kumpanija applikat għal-liċenzja biex tibda topera minn Malta. Blakey ikkonferma li dan il-pjan huwa diġà sottomess wara li kellu diskussjonijiet mal-Awtorità Maltija Għas-Servizzi Finanzjarji li tat l-appoġġ tagħha lejn il-pjan ta’ investiment imressaq.

B’hekk kif niddikjaraw fl-editorjal tagħna llum pajjiżna mhux talli ma tilifx mir-reputazzjoni, anzi saħħaħa biex qed ikompli jikber u jissaħħaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend