€1.5 miljun f'investiment u 150 impjieg | One News

Notifiki

€1.5 miljun f’investiment u 150 impjieg

The Gutlaqam mgħoti lil-biċċa ta’ isfel ta’ Triq Stada Stretta minn baħrin Amerikani u Ingliżi bejn is-seklu dsatax u nofs is-seklu għoxrin.

Post li kien jilqa’ klassijiet soċjali differenti flimkien ma ħafna nies differenti minn kull aspett tal-ħajja. Hemmek kienu jintefgħu jikkunsmaw ammonti kbar ta’ xorb alkaħoliku u jkantaw mad-diski tradizzjonali ta’ dak iż-żmien.

Strada Stretta, nistgħhu ngħidu li hija waħda mit-tifkiriet l-iktar prestiġjużi li ħalliet l-era kolonjali. Sfortunatament t-trab inġema mal-bibien u l-moffa kielet it-tabelli ta’ kull ħanut hekk kif din it-triq naqset mill-popolarita malli Malta kisbet l-Indipendenza

Tul l-aħħar snin din it-triq reġgħet ħadet l-ħajja hekk kif kienet punt ta’ riferiment sabiex tikseb dehra u element frisk, speċjalment malli ħarġu l-pjanijiet għall-Valletta 18.

Proġett li jixhed dan huwa l-proġett “The Gut”. Proġett li qiegħad jara li jiġu restawrati dawn il-ħwienet tax-xorb antiki f’din il-parti ta’ Strada Stretta. Restawr li jħalli l-element antik tal-ħwienet flimkien ma l-ismijiet oriġinali tagħhom sabiex ma jintilifx l-atmosfera li l-famuża triq iġġib magħha.

Il-Ħamis filgħodu tkellimna ma Dr Andrei Imbroll, chairman u direttur tal-Kumpanija VBL Group. L-istess kumpanija li qed tieħu ħsieb r-restawr ta’ dawn l-istabbilimenti.

Dr Imbroll qasam magħna ukoll li l-kumpanija “VBL Group” diga’ investiet mal miljun u nofs ewro sabiex jiġu restawrati dawn l-istabbilimenti.

Dr Imbroll inkluda ukoll li dawn l-istabbilimenti mistteniha iħaddmu mal-150 impjegat u sa l-aħħar tas-sena jkun hemm il-maġġor parti tal-ħwienet miftuħin.

Fl-aħħar nett Dr Imbroll qasam magħna ukoll fuq l-importanza li jkuun hemm restawr bis-sens li jżomm mat-tema li Strada Stretta stabbilixxit fl-antik.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend