Attakk terroristiku f'Burkina Faso – għoxrin mejta u oħrajn feruti | One News

Notifiki

Attakk terroristiku f’Burkina Faso – għoxrin mejta u oħrajn feruti

Għoxrin persuna nqatlu u diversi oħra sfaw feruti f’attakk terroristiku fiċ-ċentru tal-kapitali tal-Burkina Faso,Ouagadougou.

Aggressui fetħu n-nar fuq klijenti li kienu bilqiegħda fuq barra ta’ restorant. L-awtoritajiet qalu li l-attakk intemm, b’minn tal-inqas żewġ aggressui jinqatlu minn forzi tas-sigurta. Hemm il-biża li dan l-attakk kien ix-xogħol ta’ wieħed mill-gruppi affiljati mal-al-Qaeda, li jinsab attiv fir-reġjun Sahel.

L-attakk beda ftit wara d-disgħa tal-Ħadd filgħaxija, bl-Aziz Istanbul Restaurant ikun fiċ-ċentru tal-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend