Ċaħad li pprova jistupra tifla ta’ 12-il sena – One News

Notifiki

Ċaħad li pprova jistupra tifla ta’ 12-il sena

Sirjan ta’ 29 sena wieġeb mhux ħati meta ġie akkużat b’attentat ta’ stupru fuq tifla ta’ 12-il sena. 

Iż-żgħażugħ, Alhasan Ali, residenti Marsascala, qal li qatt ma ltaqa mat-tifla, iżda ammetta li ġieli kellimha fuq app tac-chatting. Fil-Qorti saħaq li l-verità se tinħareġ hekk kif fi kliemu t-tobba għamlu test tad-DNA, li se jikkonferma li ma kien hemm l-ebda kuntatt.

L-istess persuna jinsab akkużat li f’Jannar li għadda seraq lil persuna fi klabb f’Paceville. 

It-talba tiegħu għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda fid-dawl li hemm il-biża’ li jista’ jaħrab.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend