Kmieni dalgħodu raġel ta’ madwar 70 sena tilef ħajtu wara li ntlaqat minn vettura fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu fi triq Aldo Moro, qrib il-Kavallerija tal-Marsa direzzjoni lejn il-Belt Valletta meta r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip SUV.
Sfortunatament hu tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li ġarrab.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.
Bħalissa t-triq tinsab magħluqa fejn is-sewwieqa qed ikunu avżati biex isibu rotta alternattiva hekk kif kawża ta’ dan l-inċident ġie kkawżat ħafna traffiku.