AĠĠORNAT: FITCH ITTELLA’ L-MALTA MINN A GĦAL A+ – One News

AĠĠORNAT: FITCH ITTELLA’ L-MALTA MINN A GĦAL A+

L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch għolliet ir-rating ta’ Malta minn A għal A+. F’rapport b’saħħtu dwar pajjiżna ppubblikat fl-aħħar sigħat Fitch innotat kif huma diversi l-fatturi li wasslu għal din id-deċiżjoni.

Fost oħrajn innotaw it-tnaqqis fid-dejn, it-tkabbir fl-ekonomija u l-kontroll tad-defiċit skont kif maħsub. Fuq kollox Fitch tagħti piż lill-fatt li Joseph Muscat reġa’ nħatar Prim Ministru. “Fitch tistenna li l-politika fiskali tal-pajjiż tkompli wara li Joseph Muscat reġa’ kien elett  Prim Ministru,” tghid fir-rapport dettaljat tagħha.

Meta mqabbla ma’ dawk fi klassi A Malta għandha dħul għal kull persuna li huwa b’saħħtu. Ank l-qgħad huwa baxx meta mqabbel mal-pajjiżi l-oħra fi klassi A. Filwaqt li tinnota Malta tejbet ukoll postha fl-indikatur dinji dwar il-kompettitività.  Għal li ġej il-ħarsa hija stabbli u l-esperti ta’ Fitch jistennew li l-pajjiż ikompli f’din id-direzzjoni.

​Intant permezz ta’ stqarrija l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna laqa’ b’sodisfazzjon ċertifikat ieħor pożittiv li aġenziji indipendenti internazzjonali taw dwar l-andament ta’ kif qed jitmexxa l-pajjiż. Wara li f’Ottubru tas-sena li għaddiet l-aġenzija Standard and Poor’s tejbet ratingdwar Malta, issa tħabbar titjib fir-rating mill-aġenzija Fitch Ratings li tejbet ir-rating diġà pożittiv minn ‘A’ għal ‘A +’ u għamlet previżjonijiet stabbli dwar ir-rating ekonomiku ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Edward Scicluna ddeskriva r-rapport ta’ Fitch bħala “konferma oħra tas-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna”.

L-analisti ta’ Fitch qalu li “Malta’s public debt dynamics are improving as reflected in the fast declining gross general government debt (GGGD)”, filwaqt li “Malta’s GGGD is forecasted to decrease further  to 50% of GDP in 2019…supported by strong nominal GDP growth and recurrent primary surpluses. Government-guaranteed liabilities are set to decline to 11.9% of GDP by the end of 2017 from 13.6% of GDP in first quarter of 2017”.

L-esperti ta’ Fitch ifaħħru wkoll is-surplus li rnexxielu jikseb dan il-gvern u jbassru li “the general government balance to remain in a surplus of 0.5% of GDP over 2017-2019”. Fitch tgħid li s-surplus jirrifletti t-titjib fil-ġbir u d-dħul mit-taxxi, it-tnaqqis f’infiq mhux neċessarju f’benefiċċji u t-titjib fis-sostenibbiltà tal-pensjonijiet kif ukoll it-tkabbir ekonomiku robust.

L-esperti ta’ Fitch iżidu, we expect the economy will continue to grow at a faster pace than its similarly rated peers…’’ u dan grazzi għall-prestazzjoni pożittiva fl-esportazzjoni, fis-suq tax-xogħol u fl-investiment. Dwar l-investiment Fitch iżżid li mistenni jkompli jiżdied fl-2019 permezz tal-Fondi Ewropej u l-proġetti fit-trasport, fis-saħħa u fl-edukazzjoni.

It-tbassir għall-kummerċ estern għas-snin li ġejjin ukoll hu sodisfaċenti, u Fitch qed tistenna li s-surplus fil-kont kurrenti (current account) ikun ’il fuq minn 7 fil-mija (7.7 fil-mija) fil-perjodu 2017-2019.

Ir-rapport jirreferi għar-rapport tal-Bank Dinji, ‘Ease of Doing Business’, u li matul din is-sena Malta telgħet seba’ postijiet u ġiet aktar kompetittiva. Barra minn hekk Fitch tattribwixxi l-upgrade fir-rating għal governanza b’saħħitha li qed juri dan il-gvern.

Fejn jidħlu l-banek kummerċjali l-esperti ta’ Fitch kellhom kliem ta’ tifħir u qalu li “The Maltese banking sector remains sound with improved profitability, non-performing loans on a declining trend, improved capitalisation, and conservative lending standards”.

“Dan ir-rapport jikkonferma li l-viżjoni ta’ dan il-gvern għal Malta qed issir realtà hekk kif Malta qed tiġi meqjusa fost l-aqwa fit-tkabbir ekonomiku, fit-tkabbir tal-impjiegi, fil-finanzi pubbliċi u issa anke fir-rating tal-kreditu tal-pajjiż. Dan qed jawgura ferm tajjeb għall-investiment barrani f’pajjiżna li jgħin biex il-ġid ikompli jasal għand kulħadd”, qal il-Ministru għall-Finanzi.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend